Għeżież Ministri, Eċċellenza, ġenituri u sħabi,
Nixtieq nibda billi nirringrazzja lil kull min tani l-opportunita’ li nkun hawn naqsam I-esperjenza tieghi. Grazzi. Jien Zalei Mamo, tifla mill- Kunsill lokali tat-tfal tax-Xagħra u studenta li għadni kemm spiccajt l-iskola primarja u ftit ġranet oħra nibda esperjenza ġdida qalb tfal ġodda, għalliema diversi u f’ambjent differenti. Din kienet esperjenza li ser tghinni fil-pass li jmiss f’ hajti li fiha sirt naf nies differenti u nispera li l-vizjoni taghna tkun wahda li ma tagax fuq widnejn torox.
Ahna nixtiequ Ghawdex ahjar, Ghawdex aktar sigur, Ghawdex li s-servizzi tas-sahha, tas-sigurta u tal-ivjaggar ikunu fuq quddiem tal-agenda ta min lest li jmexxi lil pajjiżna.
Ahna gzira zghira izda I-bzonnijiet taghna huma daqs ta min hu akbar minna. Nixtiequ li l-isptar taghna ikun atrezzat b’iktar magni u servizzi sabiex ma jkollniex nogoghdu mmorru Malta izda nigu moqdija hawn. Ahna t-tfal ghandna dritt li nhossuna siguri, ghalhekk nixtiequ li fil-gzira taghna jkun hawn aktar sigurta’ , naraw ftit aktar pulizija jduru fit-toroq taghna, u nghallmu lil min hu izghar minna li I-pulizija huwa habib taghna Ikoll. Nixtiequ li mill-kbar saz-zghar nobdu aktar il-ligijiet tal-pajjiz.

Tajjeb ukoll li nikunu aktar atrezzati ghal kull tip ta’ emergenza u li jkun hemm mod ehfef kif it-tfal jirrapurtaw l-emergenzi, speċjalment dawk li m’għandhomx mobile.
Nixtiequ ukoll li fit-toroq taghna jkun hawn iktar postijiet ta parkegg ghal persuni b’ dizabilita sabiex hajjithom tkun ftit aktar facli.
Punt iehor li ddiskutejna flimkien kien li tallinja tkun aktar efficjenti, aktar moderni u I-waqfien fl-irhula taghna jkun f’ aktar toroq madwar ir-rahal mhux biss fi triq wahda. Kieku sew ukoll li l-Fast Ferry ma jkunx biss lejn il-Belt Valletta izda lejn aktar postijiet prominenti f’ Malta.
Grazzi talli tajtuna vuci, grazzi talli smajtuni.
– Zalei, 10, waqt Viżjoni Għawdex 2050 fid-9 ta’ Settembru 2025

