Skip to main content

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

By February 15, 2022May 27th, 2022Media, Press Releases
H.E. Marie-Louise Coleiro Preca signing an MOU together with CEO of Victim Support Agency. Minister Byron Camilleri oversees the signing.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

Iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Victim Support Agency u l-Malta Foundation for the Wellbeing of Society li ser iwassal biex aktar vittmi tal-kriminalità jiġu assistiti. Il-ftehim ser iwassal għal aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet u aktar għarfien dwar is-servizzi ta’ sapport li huma disponibbli għall-vittmi tal-kriminalità. L-MOU ser jara li l-assistenza tingħata b’mod aktar effiċjenti hekk kif twaqqfet sistema ta’ riferiment fejn persuni li jkunu tkellmu mal-Fondazzjoni u li jkunu eliġġibli għas-servizz tal-Aġenzija jingħataw l-għajnuna mingħajr ebda dewmien.

Fil-messaġġ tiegħu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega kif l-Aġenzija qed tkompli tieħu inizjattivi li jsaħħu s-servizzi li tipprovdi lill-komunità. Huwa qal kif din l-aġenzija trid taħdem fil-qrib mal-għaqdiet mhux governattivi u aġenziji oħra tal-gvern li diġà joffru servizzi importanti. “Wegħedna li rridu npoġġu bħala prijorità l-vittmi tal-kriminalità u dawk qrib tagħhom, għalhekk sodisfatt li l-Aġenzija qed tkompli ssaħħaħ is-servizzi tagħha biex nassiguraw li ngħinu lil kull min jinsab fil-bżonn. Matul Jannar, ġew riferuti aktar minn 116-il każ ġdid għand il-Victim Support Agency u jinkludu persuni li jkollhom bżonn sapport emozzjonali, gwida fuq id-drittijiet tagħhom kif ukoll pariri legali mit-tim ta’ professjonisti. Dan juri biċ-ċar kemm kien hemm ħtieġa li titwaqqaf din l-Aġenzija,” qal il-Ministru Camilleri.

Iċ-Chairperson tal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca qalet li “huwa ta’ sodisfazzjoni li l-Victim Support Agency qed tfittex kollaborazzjoni ma’ diversità ta’ entitajiet li jaħdmu ma’ komunitajiet diversi. L-MOU iffirmat mal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society, se jagħti aktar skop u attenzzjoni lejn tfal u żgħażagħ li jeħtieġu l-appoġġ psikosoċjali sabiex jgħelbu trawmiet ġejjin minn diversità ta’ atti kriminali jew mhux leċiti.”

Il-ftehim kien iffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, s-Sur Brian Farrugia u l-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Colerio Preca, bħala Chairperson tal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society.