Għeżiż Ministri, Eccelenza, ġenituri u tfal, jiena Jayden Zammit u jiena membru fil-Kunsill Lokali tat-Tfal tal-Fontana. Illum qiegħed hawnhekk biex nirrapreżenta lil tfal li ħadu sehem fil=pilastru iddedikat għall-ambjent bħala parti minn Gozo Vision 2050. Waqt id-diskussjonijiet fil-workshops tkellimna dwar ħafna suġġetti important li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent.
Nista nitkellem f’isem it-tfal kollha meta ngħid li nixtiequ iktar siġar. Nistieq nistieden lil kulħadd jimmaġina Għawdex imżejjna fis-siġar f’kull triq u f’kull pjazza. Riħa ta’ siġar u il-ħoss talgħasafar. Dan ser jgħin lill-ambjent ta’ madwarna ikun iktar sabiħ u nadif. Is-siġar mhux biss ser jgħinuna fiżikament, iżda ukoll mentalment u ser igawdi minnhom kulħadd.
Aħna it-tfal nixtiequ li jonqos l-użu tal-karozzi f’Għawdex. U b’hekk nixtiequ li għal distanzi qosra nibdew immorru iktar bil-mixi jew nsuqu ir-rota, minflok dejjem bil-karozza. Iddiskutejna li biex inkunu nistgħnu niżaw ir-rota jew nimxu minn post għal ieħor għandna bżonn ninvestu fil-bankini tagħna u fil-bike lanes ta’ madwarna biex ikunu iktar siguri u aċċessibli għal kulħadd. Semejna ukoll li nixtiequ naraw li il-bike lanes jibdew jagħqdu lokalita ma’ oħra u mhux biss twaslek minn triq għal ohra u imbagħad tieqaf f’daqqa. Iżda ukoll semmejna li fil-każ li jkun hemm bżonn nużaw il-karozza, għandna nużaw iktar karozzi hybrid biex innaqqsu t-tniġġis u l-istorbju fit-toroq.

Diskutejna wkoll dwar il-problema tal-iskart. Din saret problema kbira f’Għawdex u nixtieq li sas-sena 2050 tkun aħjar. U għalhekk hemm bżonn iktar infurzar biex naraw li qed nieħdu ħsieb lambjent ta’ madwarna. Għidna li jekk xi ħadd jinqabad jarmi skart fil-baħar jew fil-kampanja, għandu jieħu multa għolja. Barra minn hekk, kull kunsill għandu jinvesti f’aktar bins u f’tindif aktar frekwenti madwar ir-raħal.
Punt ieħor li iddiskutejna kien dwar l-enerġija. Aħna t-tfal talfehma li għandna ninvestu aktar f’enerġija nadifa, bħal ma diġa qed nagħmlu, iżda aħna naħsbu li jista’ jsir aktar sas-sena 2050. Meta bdejna niddiskutu ħriġna bi proposta li jkun hemm panelli solari fuq kull binja publika, inluż il-kunsil lokali, l-għassa talpuluzija u l-berġa lokali.
Ħsibijiet oħra kienu wkoll fuq kif għandna nappoġġjaw lil bdiewa lokali billi nixtru ħxejjex u frott lokali. Għalkhemm dan huwa xogħol importantissimu, in-numbru ta’bdiewa qed jonqos. U għal daqstant għandna naħdmu flimkien bħala komunita’ Għawdxija biex nissaprtjaw lil din il-sengħa tant important.
Jien ħassejtni kuntent u sodisfatt waqt il-workshops, għaliex ilpunti li kelli f’moħħi ddiskutejnihom flimkien mat-tfal l-oħra. Laktar ħaġa li laqtitni kienet li kulħadd ħareġ b’punt tajjeb ħafna. Dan juri li jekk nisimgħu lit-tfal u nħalluhom jitkellmu, dejjem joħorġu ideat tajbin li jistgħu jgħinu biex nagħmlu Għawdex aħjar fil-futur. Nixtieq nirringrazzja lilek Ministru u lilek Eccelenza talli ħloqtulna dawn l-ispazji tant importanti.
– Jayden, 10, waqt Viżjoni Għawdex 2050 fid-9 ta’ Settembru 2025

