
Opinjoni – Gazzetta ‘Illum’ 28 ta’ Diċembru 2025 – L-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca
Bħala soċjetà, nitkellmu ħafna dwar it-tfal. Imma wisq drabi nitkellmu fuqhom aktar milli magħhom. U hawnhekk hi l-qalba tal-problema. Għax meta ma nisimgħux lit-tfal, inkunu qedinċaħħduhom minn dritt fundamentali: id-dritt li leħinhom jinstema’ u li l-interess primarjutagħhom ikun dejjem imħares.
Matul dawn l-aħħar snin, il-Malta Foundation for the Wellbeing of Society, permezz ta’ riċerka dwar Familji Mhallta jew Stepfamilies, il-Wellbeing tat-Tfal, Sistema ta’ Gustizzja Addattata ghat-Tfal (Child Friendly Justice) il-Harsien tat-Tfal Online, u t-Tfal u l-Konflitt(Children and Armed Conflict), poġġiet lit-tfal fiċ-ċentru tad-diskors soċjali u politiku, mhuxbħala numri jew statistika, iżda bħala persuni b’esperjenzi, emozzjonijiet u drittijiet.
Ir-ricerka socjali mhijiex eżerċizzju akkademiku biss, imma hija għodda essenzjali għat-twettiq tal-ġustizzja soċjali.
Ir-riċerka dwar familji mħallta (stepfamilies) tfakkarna li r-realtà tal-familja llum hija waħdadiversa u kumplessa. Tfal li jgħixu f’dawn l-istrutturi spiss iġorru magħhom sfidi emozzjonalili ma jidhrux minn barra: konflitti ta’ lealtà, bidliet fir-relazzjonijiet u sens ta’ instabbiltà.
Imma din l-istess riċerka tagħtina wkoll messaġġ ta’ tama: meta t-tfal ikunu mdawrin b’adultili jisimgħuhom, jifhmuhom u jinkluduhom fid-deċiżjonijiet li jolqtuhom, it-tfal jiżviluppawreżiljenza. Mir-ricerka hareg car li mhux il-forma tal-familja li tiddefinixxi l-wellbeing tat-tfal, imma l-kwalità tar-relazzjonijiet u l-appoġġ li jingħataw.
L-istess japplika għall-kunċett tal-wellbeing. Wisq drabi nħarsu lejh bħala kwistjoni privatatal-familja, meta fil-verità huwa rifless dirett tas-saħħa tas-soċjetà kollha. It-tfal li jħossuhomsiguri, mismugħa, appoġġjati u mahbubin, huma dawk li jkunu aktar kapaċi jaffaċċjaw l-isfidital-ħajja u jikkontribwixxu b’mod pożittiv fis-soċjetà. Għalhekk, l-investiment fil-wellbeing tat-tfal mhuwiex spiża, imma investiment soċjali fit-tul.
Aspett ieħor li jolqotni profondament huwa dak ta’ Sistema ta’ Gustizzja Addattata ghat-Tfal, (Child-Friendly Justice). Għadna, sfortunatament, b’sistemi fejn tfal li jgħaddu minn qrati jew proċessi legali jħossuhom intimidati, imħawdin u injorati. Ir-riċerka turi b’mod ċar li lingwaġġ legali kumpless, ambjenti formali u nuqqas ta’ adattament jistgħu jħallu markiemozzjonali fit-tul. Sistema ta’ ġustizzja li tassew tħares l-interess tat-tfal għandha tkunwaħda li tisma’, tifhem u tipproteġi, mhux waħda li żżid it-toqol fuq spallejn it-tfal li jkunudiġà mgħobbija.
Ma nistgħux ninjoraw lanqas ir-riskji dejjem jikbru li jaffaċċjaw it-tfal online. F’dinja diġitalili ma torqod qatt, il-protezzjoni tat-tfal ma tistax tkun limitata għal kontroll teknoloġiku biss. Teħtieġ edukazzjoni diġitali li ssaħħaħ lit-tfal, lill-ġenituri u lill-edukaturi, u li tqis is-sigurtàonline bħala dritt fundamentali tat-tfal.
Fl-aħħarnett, ir-riċerka dwar it-Tfal u l-Konflitt, (Children and Armed Conflict) tfakkarna li l-ħarsien tat-tfal huwa wkoll responsabbiltà globali. F’kunflitti armati madwar id-dinja, it-tfalhuma l-aktar vittmi siekta, imċaħħda minn edukazzjoni, sigurtà u mit-tfulija nnifisha. Id-drittijiet tat-tfal ma jieqfux mal-fruntieri, u lanqas l-kuxjenza u s-solidarjetà tagħna, m’ghandhom jieqfu mal-fruntieri.
Fl-ahhar snin saru hafna studji u ricerki minn awtoritajiet, agenziji u organizazzjonijiet, izdair-riċerka li ma twassalx għal bidla konkreta fil-ħajja tat-tfal hija riċerka li tfalli fil-missjonitagħha. Ma nistgħux nibqgħu nippubblikaw rapporti, niddiskutu f’konferenzi r-riżultati, u niftahru b’dak li ghamilna, waqt li t-tfal jibqgħu jġorru l-konsegwenzi ta’ sistemi li jonqsumilli jipproteġuhom, jisimgħuhom u jagħtuhom prijorità reali.
It-tfal għandhom dritt fundamentali li jkunu fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li jolqtuhom. Dan mhuwiex favur, u lanqas ġest ta’ tjubija, izda huwa obbligu morali, legali u soċjali. Meta bħala adulti, istituzzjonijiet u dawk li jfasslu l-politika nagħlqu widnejna għal-leħen tat-tfal, inkunu qed inċedu r-responsabbiltà tagħna u nibagħtu messaġġ perikoluż: li l-interesstagħhom jista’ jistenna.
Huwa għalhekk li matul is-sena li għaddiet il-Malta Foundation for the Wellbeing of Society,kompliet taħdem mal-Kunsilli Lokali tat-Tfal, li waqqfet fis-snin li ghaddew. Għax li nisimgħu lit-tfal mhijiex kapriċċ u lanqas telf ta’ ħin, izda hija responsabilità serja tagħna l-adulti, u aktar u aktar ta’ dawk li għandhom il-mezzi u s-setgħa biex iġibu l-bidla.
Jiena nappella b’mod ċar u mill-qalb biex dan jinbidel. Għandna bżonn soċjetà li mhux bisstgħid li tħares id-drittijiet tat-tfal, imma li taġixxi b’kuraġġ meta dawn id-drittijiet ikunumhedda, kemm fil-familja, fl-iskola, fis-sistema tal-ġustizzja, fl-ispazju diġitali u anke fuqlivell internazzjonali. Kull dewmien, kull nuqqas ta’ azzjoni, kull kompromess isir a skapitutat-tfal.
Hekk kif nersqu lejn sena ġdida oħra, din għandha tkun sena ta’ għażla ċara: jew inkomplunibnu sistemi li jaqdu l-konvenjenza tal-adulti, jew nagħżlu li npoġġu l-interess primarju tat-tfal bħala l-pedament tad-deċiżjonijiet kollha. It-tfal m’għandhomx vuċi fil-poter; aħnagħandna. U għalhekk, aħna obbligati nużawha f’isimhom.
Irrid nispicca din is-sena bit-tama li s-sena ‘l gdida, tkun sena ta’ azzjoni, kuraġġ u ġustizzjareali għat-tfal kollha, mingħajr eċċezzjoni.
Is-Sena t-Tajba lil Kulhadd.
Aqra online: https://www.illum.com.mt/opinjoni/socjali/73661/appell_millqalb_biex_linteress_suprem_tattfal_jitares_kull_in

